• Team Owen Bonnici

Parti mill-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop tinbidel fi kċina b’għan filantropiku



Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici żar l-iskola sekondarja f’Ħal Kirkop li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Benedittu fejn il-faċilitajiet industrijali tal-kċina li normalment jintużaw għat-tagħlim, infetħu għall-voluntiera li qed jippreparaw l-ikel sabiex jingħata lill-ħaddiema tas-saħħa li qed jaħdmu qatigħ f’dan il-perjodu.

Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru Bonnici qal li “hi xi ħaġa tassew inkoraġġanti li dawn l-individwi qed jiġu hawnhekk fil-ħin liberu tagħhom biex jagħtu sehemhom fid-dawl taċ-ċirkustanzi li qegħdin naffaċċjaw. Jiena personalment ġejt hawnhekk biex nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnhom li qed jagħmlu l-parti tagħhom. Kif ingħalqet il-kafeterija fl-Isptar Mater Dei sabiex jiġi kreat iżjed spazju għas-sodod, qed naraw persuni kif ukoll stabbilimenti u ristoranti joffru ikel lill-ħaddiema li għandna fl-isptar”.

Dr Bonnici żied li “wara kollaborazzjoni mal-ħaddiema tal-Kulleġġ ta’ San Benedittu, parti mill-binja tal-iskola nbidlet fi kċina mgħammra b’dak kollu neċessarju sabiex chefs u voluntiera oħrajn ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom bħala pajjiż.”

L-ikel li qed jiġi ppreparat se jkun qed jittieħed lill-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei bħala rikonoxximent tax-xogħol siewi li qed jagħmlu ta’ kuljum.

  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo