Open Site Navigation

Jitlesta r-restawr tal-kappella ta’ Sant Anna f’Ħ’Attard




Tlesta r-restawr tal-kappella ddedikata lil Sant Anna, f’ Ħ’Attard, ġiet irrestawrata mid-Direttorat tar-Restawr. Din Il-Kappella, li nbniet lejn l-aħħar tas-seklu sbatax u li sussewgwentement ingħatat lil M.U.S.E.U.M. tas-subien fl-1968, kienet ingħażlet biex tiġi restawrata bis-saħħa tal-iskema tar-Restawr għall-Kunsilli Lokali għas-sena 2019/2020.


Waqt żjara fuq il-post, il Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici irringrazzja lill-ħaddiema tad- Direttorat tar-Restawr tal-ħidma tagħhom favur binjiet storiċi. Dr Bonnici qal: “Proġetti bħal dawn ikomplu juru biċ-ċar l-impenn tal-Gvern lejn il-wirt kulturali fil-lokalitajiet tagħna. Ir-restawr ta’ binjiet storiċi hu essenzjali biex uliedna u min iżurna jkunu jistgħu jgawdu dak li ħallewlna missirijietna.”

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li issa li x-xogħol fuq il-Kappella ta’ Ħ’Attard tlesta għandna xhieda tal-ħidma u l-impenn tal-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr biex titwettaq l-Iskema maħruġa mill-Kunsilli Lokali. Qalet ukoll li issa għandna s-seba’ sejħa fejn ħmistax-il Kunsill Lokali ressqu l-proposti li se jgħaddu minn proċess biex finalment jintgħażlu u hekk sena wara l-oħra jitkompla dan il-proġett ambizzjuż ta’ restawr.

Il-problemi prinċipali ta’ din il-Kappella kienu fil-faċċata u b’hekk l-interventi ta’ restawr saru fuq in-naħa ta’ barra. F’ċerti partijiet akkumulaw ħmieġ u qoxra sewdenija, u f’partijiet oħra il-ġebla tmermret, filfatt, parti mix-xogħol kien jinkludi t-tindif u t-tikħil tal-faċċati kollha, Il-faċċata prinċipali tnaddfet mill-kisi li kien qiegħed jagħmel ħafna ħsara. Saret wkoll tiswija fuq id-deffun tas-saqaf, kif wkoll inbidel xi ġebel li kien diterjorat, u finalment ġiet ikkonsolidata wkoll l-entrata tal-bieb prinċipali.







2 views