top of page

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma kruċjali sabiex nagħmlu l-qabża ekoloġika u virtwali

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma kruċjali sabiex nagħmlu l-qabża ekoloġika u virtwali b’mod sostenibbli u inklussiv – il-Ministru Owen Bonnici




Il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara Covid-19 Owen Bonnici qal li r-riċerka u l-innovazzjoni se jkollhom l-irwol kruċjali li jipprovdulna l-opportunità li nimplimentaw il-qalba ekoloġika u diġitali b’mod sostenibbli u inklussiv.

“Il-fatt li l-framework programme tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, li jismu Horizon Europe, qed jipproponi approċċ ibbażat fuq ‘missjonijiet’, jista’ jgħin biex jiġu stabbiliti miri wiesgħa u ambizzjużi. Naqblu li r-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jgħinuna nirrikonċiljaw it-tkabbir ekonomiku u l-produttività mal-kwalità tal-ħajja u s-saħħa pubblika, b’importanza wkoll għall-ħarsien tal-ambjent ekoloġiku”, qal il-Ministru Bonnici.

Il-Ministru Bonnici pparteċipa f’konferenza virtwali flimkien mal-bqija tal-ministri tal-Unjoni Ewropea responsabbli mir-riċerka dwar it-tnedija ta’ ‘Horizon Europe’ taħt il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Ministri.

Dr Bonnici qal li Horizon Europe huwa l-aktar programm ambizzjuż ta’ R&I fl-UE; għalhekk l-ikbar programm tranżitorju tax-xorta tiegħu mad-dinja kollha. It-tnedija ta’ dan il-programm timmarka l-bidu tal-Kunsill Innovattiv Ewropew sabiex l-innovazzjonijiet jiġu aċċellerati abbażi ta’ teknoloġiji avvanzati u t-tisħiħ tal-istart-ups l-aktar promettenti u l-SMEs f’ġenerazzjoni ġdida ta’ kumpaniji ewlenin fid-dinja li joperaw mill-Ewropa.

Semma wkoll li l-viżjoni tal-‘Missions’ tista’ tkun ikkumplimentata minn investimenti pubbliċi u privati ​​u jistgħu jwasslu wkoll għal proġetti konkreti ekoloġiċi u innovattivi li jipproduċu investimenti f’waqthom, effettivi u mmirati għal riżultati sodisfaċenti.

“Aħna nemmnu li meta tinvolvi l-partijiet interessati fid-deċiżjonijiet tal-politika, it-tranżizzjoni meħtieġa se tkun aktar motivata. Nistgħu nikkapitalizzaw fuq is-saħħa u l-kapaċitajiet ekonomiċi tal-pajjiż u l-investimenti fl-R&I jistgħu jinħolqu bi ħsieb u b’viżjoni lejn proġetti infrastrutturali sostenibbli li jrawmu t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali”, qal il-ministru.

Il-Ministru Bonnici semma li Malta hija interessata f’ħidma konġunta fl-oqsma tar-rickerka u tal-innovazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat b’viżjoni ekoloġika u ambjentali kif ukoll diġitali relatati ma’ enerġija nadifa, oċean nadif, SMEs innovattivi, livell għoli ta’ IT u aktar, u qal ukoll li billi nkunu parti minn dawn l-attivitajiet tal-R&I, pajjiżna jkun jista’ jgħin lilu nnifsu u javvanza aktar bħala pajjiż modern, avant-garde u bi ħsieb favur l-ambjent.

Il-Ministru Owen Bonnici enfasizza li l-Gvern Malti jemmen fl-assistenza u fl-għajnuna lejn kull stat membru, irrispettivament mid-daqs tal-pajjiż, biex jimplimenta s-sinerġiji bejn il-‘Missions’ u l-attivitajiet u l-politika speċjalizzata kif ukoll l-investiment iffinanzjat bħala parti mill-pjan ta’ irkupru u reżiljenza.

“L-investimenti fl-R&I għandhom iseħħu fil-livelli kollha u f’format inklussiv sabiex il-bidla ma tħalli lill-ebda pajjiż jaqa’ lura”, ikkonkluda l-Ministru Bonnici.



Comentários


bottom of page