• Team Owen Bonnici

Imnedija l-fiera ‘I Choose’ biex tagħti appoġġ u informazzjoni lil studenti tas-sena 11



Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici nieda l-fiera I Choose li hija mmirata lejn l-istudenti kollha tas-sena 11 (Form 5) u se tkun qed tinvolvi stands għall-post-sekondarja u istituzzjonijiet terzjarji ma’ edukaturi tal-iskola sabiex jipprovdu informazzjoni u appoġġ lil dawn l-istudenti.

Il-Ministru Bonnici spjega li, “l-informazzjoni u l-għajnuna li wieħed jistenna minn din il-fiera huma fuq il-korsijiet li joffru l-istituzzjonijiet u l-opportunitajiet ta’ karrieri li huma disponibbli. L-edukaturi tagħna se jkunu anke qed jipprovdu l-appoġġ li għandhom bżonn dawn l-istudenti sabiex jiddeċiedu fuq liema karriera huma jistgħu jagħżlu. Din se tkun opportunità oħra fejn l-istudenti tagħna jistgħu jesploraw għażliet post-sekondarji wara li jħallu l-edukazzjoni obbligatorja. L-avveniment I Choose – Nagħżel il-Karriera Tiegħi se jippermetti lill-istudenti tagħna sabiex jagħmlu għażliet infurmati fuq il-futur tagħhom.”

“L-avveniment se jkun qed jinkludi kull instituzzjoni post-sekondarja edukazzjonali. Il-programm se jkun anke qed jinkludi il-possibiltà kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ġenituri sabiex jattendu taħditiet differenti li se jitwasslu minn professjonisti f’diversi oqsma relatati. L-għan ġenerali ta’ dan l-avveniment huwa li jgħin lill-istudenti jegħlbu d-diffikultajiet u d-dubji relatati mal-karriera tal-futur tagħhom”, żied jgħid il-Ministru Bonnici.

Se jkun hemm ukoll taħditiet informattivi għaddejjin matul il-jumejn li ser jingħataw minn kelliema ġejjin minn setturi differenti ta’ xogħol u edukazzjoni/taħriġ.

L-istituzzjonijiet post-sekondarja li se jkunu preżenti huma;

- Aġenzija Żgħażagħ

- Direttorat għar-Riċerka, it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà – Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

- Gem 16+

- Giovanni Curmi Higher skola sekondarja

- Institute of Tourism Studies (ITS)

- JOBSPLUS

- Malta Kulleġġ tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)

- L-Istitut tal-Edukazzjoni Għolja ta' San Martin

- Scholarships Unit – Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

- Kulleġġ San Edward

- L-Università ta’ Malta u Junior College


Il-fiera se ssir il-Grand Hotel Excelsior nhar il-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju bejn l-16.00 u 20.00 u s-Sibt,1 t’Awissu bejn id-09.00 u 13.00.  Matul l-avveniment se jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.


  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo