Il-qasam edukattiv huwa wieħed mill-pilastri ewlenin ta’ kull soċjetà. L-edukazzjoni hija l-bażi
sana ta’ ħajjitna. L-Edukazzjoni tgħin biex persuna tiżviluppa bis-sħiħ il-potenzjali tagħha u
għalhekk tibni lill-persuna biex tkun kapaċi taffaċċja l-ħajja fid-diversi aspetti tagħha. L-
Edukazzjoni hija essenzjalment vjaġġ eċitanti, interessanti u nformattiv fil-ħajja tagħna. L-
Edukazzjoni titkellem dwar il-futur, fejn irridu mmorru bħala pajjiż.
Fl-aħħar snin f’pajjiżna f’dan is-settur rajna żviluppi kbar u wkoll sar ġid kbir. Saru diversi riformi li ħallew impatt fuq dan is-settur. Mhux biss riformi diretti fis-settur, imma wkoll riformi li
għenu bil-kbir biex il-qasam edukattiv ikollu qabża fil-kwalità. Sar ħafna, imma għad hemm ukoll ħafna xi jsir biex inkompu ntejbu u nsaħħu. L-istess jista' jingħad dwar is-settur tax-xogħol.
Nażżarda ngħid li l-introduzzjoni taċ-childcare b’xejn li l-Gvern daħħal f’April tal-2014, kienet
miżura waħda b'saħħitha li l-iktar għamlet differenza fil-ħajja tan-nies. Sistema li kienet
imwiegħda fil-manifest elettorali li l-għan tagħha huwa li l-gvern jipprovdi servizzi ta’ ħarsien
tat-tfal b’xejn lil ġenituri jew persuni li jkollhom il-kustodja tat-tfal li jkunu qed jaħdmu jew
jistudjaw. Dan għen biex nisa jerġgħu jidħlu fil-qasam tax-xogħol tagħhom, jew ukoll biex
ikomplu l-karriera tagħhom.
Is-sistema skolastika ġiet imġedda billi tneħħew l-eżamijiet ta’ nofs is-sena u minflok rajna d-
dħul ta’ learning outcomes u assessjar matul is-sena. Tajjeb li jingħad li bit-tneħħija tal-eżamijiet ta’ nofs is-sena l-għadd ta’ sigħat ta’ tagħlim żdiedu b’medja ta’ ħamsin siegħa għal kull student u studenta. Fuq dan il-punt irrid ngħid li jien konxju ħafna minn dak li qed jgħidu l-għalliema biex ikun hemm iktar titjib u qed nimpenja ruħi li dak li qed jgħidulna l-għalliema fuq il-learning outcomes u l-assessjar matul is-sena nagħti kasu bis-serjetà.
Tneħħew il-ħlasijiet biex student joqgħod għall-eżami tas-SEC u l-MATSEC – allura dawn l-
eżamijiet huma b’xejn. Titjib ieħor rajnieħ fit-trasport tal-iskejjel li permezz ta’ rifoma issa t-
trasport huwa wkoll b’xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u l-iskejjel Indipendenti.
Żewġ miżuri li għenu biex jitnaqqas il-piż finanzjarju minn fuq il-familji u għalhekk, tjiebet il-ħajja tagħhom.
Kien hemm l-introduzzjoni ta’ suġġetti vokazzjonali u applikati fl-iskejjel kollha tal-Istat bi
flessibbilità favur l-istudent fejn tidħol l-għażla li ma ssibhiex f'pajjiżi ożrajn fl-Ewropa. Infetħu
għexieren ta' workshops ġodda, sar investiment f’laboratorji, infetħu childcare centres u skejjel ġodda.
Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li tjiebu l-kundizzjonijiet tal-gradi tal-għalliema li kienu tħallew
lura mmens matul is-snin u ngħatat spinta lill-Università, inkluz fl-infrastruttura tagħha, u sar l-
istess fl-MCAST, fejn qed isir xogħol kbir.
Sar ħafna tajjeb. L-impenn tiegħi fil-qasam edukattiv huwa li nkompli nibni fuq it-tajjeb li sar u
fejn hemm x'jissewwa, insewwuh biex naċċertaw irwieħna li ħadd ma jaqa' 'l barra mis-sistema
edukattiva. Se nara li jissokta x-xogħol fuq l-iskejjel, nibqgħu għaddejjin bil-bini ta' childcare
centres, skejjel u faċilitajiet oħra. Se nara li l-ħidma tal-għalliema tkompli titjieb u l-professjoni
ta' għalliem tkun iktar stmata u rispettata. Se nara li s-sigurtà fl-iskejjel tkompli tissaħħaħ.
Bħal kollox fil-ħajja naf li m'huwiex kollox ward u zgħar u naf li jkun hemm min qed ihoss li
m'huwiex parteċipi f'dan is-suċċess. Imma kif għidt, l-impenn tiegħi huwa li nara lil dan is-settur
jikber u jissaħħaħ, għall-ġid ta’ dawk kollha li huma nvoluti – fuq quddiemnett l-istudent u l-
professjonist.
Waħda mill-prijoritajiet tiegħi se tkun li nisma’. U se nkun umli biżżejjed li nieħu pariri għal
darba, darbtejn, tlieta fuq dan is-settur. U rrid nagħti kuraġġ biex inkomplu mexjin 'il quddiem.
Lil dawk l-għalliema li qed ibagħtu biex ikomplu jsibu l-motivazzjoni ħalli jkomplu jgħallmu għax jemmnu li t-tekniċi mhux qed ikunu sensittivi għall-ħtigijiet tagħhom, jien irrid nismagħhom u ngħinhom fil-ħidma tagħhom. Lil dawk l-istudenti Ii m'humiex iħossu li s-suġġetti li qed jitgħallmu huma ta' importanza għalihom, jien irrid inkun hemm għalihom. Lil dawk il-ġenituri li qed jinkwetaw fuq il-vjaġġ edukattiv ta' wliedhom, jien irrid nghinhom.
+++
Anki fl-ewwel jiem tiegħi f’dan il-Ministeru, bdejt mall-ewwel bil-ħidma tiegħi biex nindirizza
dawk li qed nara li huma l-prijortajiet f’dan is-settur. Huma erba’ kmandamenti – ħa nsejħilhom
hekk – kmandamenti li se jmexxuni f’din il-ħidma.
Ħidma biex nara li iktar tfal u zgħażagħ imorru aħjar fl-iskola. Fejn hemm nuqqasijiet fis-
sistema, dawn iridu jissewwew. Fejn hemm studenti tajbin, irridu nkomplu nħeġġuhom biex
jirnexxu iktar u iktar;
Ħidma biex dawk it-tfal u zgħażagħ li soċjalment jaffaċjaw sfidi kbar, jingħataw is-sapport kollu
meħtieġ biex jibqgħu fis-sistema edukattiva, jitħarrġu u jkunu mħejjin biex jirnexxu fid-dinja tax-xogħol. Għalhekk aħna Partit Soċjal-Demokratiku wara kollox. Dawk li jaqbdu u jitilqu mill-iskola ta' sittax-il sena jridu jkomplu jonqsu;
Ħidma biex nara li l-poplu kollu jibqa' jitgħallem, jitħarreġ u jipparteċipa fit-tagħlim li jingħata,
anke f'età avvanzata;
Ħidma biex l-istadju ta' edukazzjoni terzjarjarja jew avvanzata – jkompli jagħmel isem ghalih bħala pajjiż.
+++
Bdejt inżur l-ewwel skejjel bħala Ministru għall-Edukazzjoni. Għamilt żjara l-FEE Fest,
avveniment fuq tlett ijiem organizzat minn Nature Trust fil-Hub għall-Edukazzjoni għall-Iżvilupp
Sostenibbli – fiera li hija organizzata bħala parti mill-programm EkoSkola u li saret fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, l-Ħamrun.
Għamilt ukoll żjara fl-iskola Primarja taż-Żurrieq – Kulleġġ San Benedettu flimkien mal-
Eccellenza Taghha Marie Louise Coleiro Preca. Hawnhekk ħadt gost bil-qiegħda mat-tfal fil-
klassi, nieħu sehem magħhom u naqralhom f’sessjoni tal-qari f’attività msejħa qaritona. Din
kienet okkażjoni marbuta mall-Jum Internazzjonali għall-Edukazzjoni. ll-qari huwa deċiżament
aspett importanti biex wieħed isaħħaħ il-proċess edukattiv tiegħu u għalhekk l-impenn tagħna
inkomplu nsaħħu s-settur edukattiv għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet futuri.
Bħala Gvern, aħna rridu niżguraw li nagħtu l-aħjar opportunitajiet possibbli għall-istudenti
tagħna. Il-qaritona nazzjonali hija inizjattiva mill-aqwa li tkattar imħabba lejn il-qari fost l-
istudenti, speċjalment minħabba li hija mod mill-aħjar biex isaħħu l-għarfien u l-vokabolarju
tagħhom u jżidu aktar il-konċentrazzjoni, filwaqt li nsaħħu l-esperjenza edukattiva tagħhom
permezz ta’ forom differenti ta’ letteratura.
+++
Laqgħa li kelli mal-Union tal-Għalliema (MUT) il-bierah t'lura ħalliet ħafna frott. Ix-xorti riedet li
saret ukoll fl-istess ġurnata li fiha mmarkajna l-Jum Dinji favur l-Edukazzjoni.
Fil-Kumitat tal-MUT, immexxi mill-President ħabrieki Marco Bonnici, rajt ħafna imħabba lejn
dan is-settur. M'għandi ebda dubju li kemm il-Gvern u kemm l-MUT jinsabu fl-istess direzzjoni fejn jidħol is-suċċess li rridu li ngħaddu minnu f'dan is-settur. Naturalment se jkollna taħditiet
dwar il-kif, imma t-taħdiet se jsiru dejjem fi spirtu ta'kordjalità, rispett u koperazzjoni.
Ġenwinament nemmen li l-aqwa żmien għal pajjizna fis-settur edukattiv se nidħlu fih fix-xhur u
snin li ġejjin. Irridu li pajjiżna jagħmel isem għalih f'dan il-kamp u li isem pajjiżna jkun assoċjat
ma' suċċess fil-kamp edukattiv.
Σχόλια