Open Site Navigation

Il-Ministru Owen Bonnici jżur Dar il-Milja, xelter għall-vittmi ta’ vjolenza domestika



Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Owen Bonnici flimkien mal-Kummissarju fuq il-Vjolenza abbażi l-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, Ms. Audrey Friggieri, għamlu żjara ta’ korteżija lil Dar il-Milja, servizz residenzjali u multidixxiplinari li jaqa’ taħt Fondazzjoni Sebħ.


L-iskop tal-vista mill-Ministru kien li jesperjenza hu nnifsu dan l-ambjent u jkollu l-opportunita li jinteraġixxi mal-professjonisti fi ħdan dan is-servizz u l-persuni li bħalissa qed jagħmlu użu minnu.


Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru Bonnici qal, “Il-partijiet interessati, is-servizzi tal-gvern u tal-NGOs jeħtieġ li jkomplu jaħdmu id f’id biex ikomplu jtejbu s-servizzi li qed jingħataw. Rajna numru ta’ titjib pożittiv, bħat-twaqqif ta’ Gender based violence unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, u t-tisħiħ tal-Kummissjoni għall-Geneder based violence and domestic violence li tgħaqqad flimkien diversi stakeholders li jaħdmu flimkien. Għad hemm diversi żviluppi li jridu jsiru sabiex jiġi żgurat li n-nisa u t-tfal ikunu protetti mill-abbuż u biex jiġi evitat l-abbuż.”

Team

Il-Ministru Bonnici qal ukoll, li l-Gvern huwa kommess li jkompli jaħdem biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata u jagħmilha ċara lil kulħadd, li m’hemmx lok għall-vjolenza domestika jew vjolenza abbażi tal-ġeneru f’pajjiżna.


Din ir-residenza ġiet inawgurata f’Mejju li għadda, minn liema żmien hija serviet ta’ kenn u sors ta’ sapport terapewtiku u soċjali għal familji li, minħabba l-abbuż, kellhom joħorġu mid-dar privata tagħhom. Il-bini jakkomoda sa tnax-il minn dawn il-familji, iddiżinjat b’tali mod li fl-istess ħin jassigura privatezza, sapport reċiproku u mod indipendenti t’għajxien.

Id-direttur tal-Fondazzjoni Sebħ, Yvonne Mallia, irringrazzjat lill-Ministru u lill-Kummissarju taż-żjara tagħhom fix-xelter u b’mod partikolari talli semgħu mhux biss lill-professjonisti li jsostnu l-bżonnijiet tar-residenti u tat-tfal tagħhom, iżda wkoll li taw lin-nisa l-opportunità li jsemmu d-diffikultajiet li huma qed jiltaqgħu għax għandhom esperjenza diretta. Hija sostniet li, “f’dawn il-każi huma l-veru esperti u lkoll għandna bżonn nisimgħu lilhom u l-esperjenzi tagħhom.”


Fl-aħħar nett, is-Sinjura Mallia rringrazzjat ukoll lill-gvern u lill-knisja tal-appoġġ finanzjarju lill-Fondazzjoni Sebh, kif ukoll lil benefatturi oħra li jappoġġaw il-Fondazzjoni biex tkun tista’ tagħti dan is-servizz speċjalizzat lill-vittmi tal-vjolenza u lil uliedhom.



1 view