top of page

Il-Ministru Owen Bonnici f’laqgħa mal-Ministru tal-Kultura Taljan Gennaro Sangiuliano



Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ltaqa’ mal-Ministru tal-Kultura Taljan Gennaro Sangiuliano f’laqgħa uffiċjali li ż-żewġ ministri kellhom f’Ruma bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ pajjizi fl-isferi kulturali.


Matul il-laqgħa, il-Ministru Bonnici u l-Ministru Sangiuliano enfasizzaw is-sħubija b’saħħitha bejn Malta u l-Italja fl-oqsma kulturali u artistiċi u qablu li għandha tissaħħaħ il-ħidma għal iktar ko-operazzjoni kulturali bejn iż-zewġ pajjizi. Saħqu li din is-sħubija għandha tissokta f’oqsma bħal skambju ta’ prattiċi, ħiliet, u kollaborazzjonijiet ġodda biex tkompli tinbena ekosistema kulturali effettiva.


Saret ukoll referenza għall-ħidma li twettqet mid-diversi entitajiet kulturali, li tinkludi fost oħrajn esebizzjonijiet internazzjonali, self ta’ artefatti, qsim ta’ prattiċi interdixxiplinarji fir-restawr u proġetti arkeoloġiċi.


Fiż-żjara tiegħu l-Ministru Bonnici iltaqa’ wkoll ma’ diversi rappreżentanti tal-Orchestra dell’ Accademia Nazionale di Santa Cecilia bil-għan li jiġu diskussi kollaborazzjonijiet futuri mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.


Il-Ministru Owen Bonnici kien akkumpanjat mic-Chairperson tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta Alfred Camilleri u l-Aġent Kap Eżekuttiv Chris Muscat.











bottom of page