• Team Owen Bonnici

Il-Ministru Bonnici f'laqgħa mal-For.U.M. dwar il-kordinazzjoni tal-istrateġija għal wara l-COVID-19


Il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara Covid-19 Owen Bonnici ltaqa’ virtwalment mal-Konfederazzjoni ta’ Tradeunions Maltin For.U.M., fejn tkellem magħhom dwar il-proċess li jinsab għaddej dwar il-kordinazzjoni tal-istrateġija għal wara l-COVID-19. Waqt li matul il-laqgħa ġew diskussi numru ta’ punti li fil-fehma tal-For.U.M. għandhom jingħataw prijorità f’din l-istrateġija, il-Ministru Bonnici sostna li parti integrali mill-istrateġija, li se tkun varata qabel tmiem it-tieni kwart tas-sena kurrenti, se tkun il-konsultazzjoni mal-istakeholders ewlenin. Huwa saħaq li l-istrateġija se tagħti importanza mhux biss lill-aspett ekonomiku, imma anke dak soċjali fil-kuntest ukoll tat-tranżizzjonijiet ambjentali u diġitali li huma fuq l-aġenda tal-pajjiż. Matul il-laqgħa, il-Ministru Bonnici kien akkumpanjat miċ-Chairperson tal-core group il-Professur Simone Borg u s-Segretarja Permanenti Joyce Dimech.




2 views0 comments