• Team Owen Bonnici

Iċ-Ċentru tal-LifeLong Learning baqa’ għaddej b’197 kors akkademiku



Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici żar iċ-ċentru fejn isiru lezzjonijiet tal-lifelong learning tal-Imsida biex jingħaqad f’lezzjoni li kienet qed issir online.

Il-Ministru Bonnici tkellem dwar l-importanza fl-irwol li għandha l-edukazzjoni għall-adulti għax hi opportunità biex wieħed itejjeb l-istudju tiegħu u, konsegwenament, il-karriera tiegħu.

F’din is-sena akkademika, iċ-Ċentru tal-LifeLong Learning qed joffri korsijiet lil 8,600 student. Kważi l-korsijiet akkademiċi kollha, 197 kors, qed jiġu mgħallma online minn 86 edukatur.

Il-Ministru Bonnici żied jgħid, “Avolja l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukazzjonali jinsabu magħluqa, kulħadd hu inkoraġġut xorta waħda biex ma jabbandunax l-istudji tiegħu. Għandna diversi inizjattivi għaddejjin sabiex wieħed ikun jista’ jkompli jagħmel ħiltu fis-suġġetti favoriti tiegħu.”

Il-ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-lifelong learning għad-dedikazzjoni u għall-impenn tagħhom.




  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo