top of page

Heritage Malta takkwista l-fdalijiet ta’ villaġġ ta’ żmien il-Bronż mirdum f’Borġ in-Nadur



Kitba meħuda mill-Orizzont (Is-Sibt 11 ta` Ġunju 2022) paġna numru 20.


Heritage Malta xtrat biċċa art f’Borġ in-Nadur li tkopri medda ta’ kważi 13- il tomna u li taħt parti minnha hemm mirdum villaġġ ta’ żmien il-Bronż. Mil-lat ta’ spazju, dan hu l-ikbar akkwist ta’ valur arkeoloġiku li qatt għamel l-Istat. Dan l-akkwist sar b’investiment totali ta’ €200,000.


F’konferenza tal-aħbarijiet fi s-sit, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici esprima sodisfazzjon għall-fatt li mil-lat ta’ daqs ta’ art, dan huwa l-ikbar akkwist ta’ valur arkeoloġiku li qatt għamel l-Istat.


żied jgħid li din tal-lum hija parti minn ħidma kontinwa li qed twassal biex tingħata tifsira ġdida għall-aċċessibbiltà tal-patrimonju tagħna. Aktar minn hekk, qed tingħata tifsira ġdida għall-patrimonju tagħna li ma rriduhx ikun biss ġo vetrina biex inħarsu lejh, imma ngħixuh u nħossuh għax huwa dak li jagħmilna nazzjon.


Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit, qal li s-sit li ġie akkwistat hu pjuttost uniku għax huwa marbut l-aktar mal-perjodu tal-Bronż, u mhux mal-perjodu tat-tempji bħalma huma siti preistoriċi oħra taħt il-ħarsien tal- aġenzija. B’hekk Heritage Malta għandha opportunità ġdida biex tispjega lat ieħor tal-preistorja Maltija li qabel ma kienx rappreżentat minn sit fiżiku fi ħdanha.



Commentaires


bottom of page