• Team Owen Bonnici

Għaxaq Music Events itellgħu avveniment fuq jumejn b’risq Dar Bjorn



Għaxaq Music Events għadhom kemm ħabbru d-dettalji tal-festival mużikali Summer Lust, li se jittella’ f’Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 22 u s-Sibt 23 ta’ Mejju.


Din l-għaqda volontarja qed torganizza dan l-avveniment bil-għan li tgħin lil Dar Bjorn, għaqda volontarja oħra. Is-sena li għaddiet inġabret is-somma sabiħa ta’ €18,320 għal Dar Bjorn.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, kien hemm preżenti wkoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici, li faħħar liż-żewġ għaqdiet u tkellem dwar kemm dawn it-tip ta’ inizjattivi huma l-qofol fil-ħidma tal-volontarjat.


Hu qal li l-ministeru jappoġġa bis-sħiħ din l-inizjattiva għax għandha għan nobbli.

Summer Lust se jkun qed jippreżenta artist ta’ fama internazzjonali kif ukoll l-aqwa talent Malti u se jittella’ fil-grounds ta’ Ħal Għaxaq. Summer Lust se jiftaħ nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju bi spettaklu mill-aqwa mill-kantant ta’ fama internazzjonali, Thomas Anders, il-kantant tal-grupp Modern Talking li tant kiseb suċċessi fit-tmeninijiet. L-għada, is-Sibt 23 ta’ Mejju, se jkun imiss il-kunċert Ira Losco & Friends, fejn l-artista Maltija ta’ fama internazzjonali, Ira Losco, se tkun qed tagħti kunċert sħiħ flimkien mal-band tagħha. Magħha se jingħaqdu wkoll diversi kantanti Maltin li se jiġu mħabbra aktar tard mill-organizzaturi.

  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo