• Team Owen Bonnici

Il-Gvern jinnomina lill-Imħallef Prof. Peter G. Xuereb għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja



Il-Gvern Malti se jinnomina lill-Imħallef Prof. Peter G. Xuereb biex iservi fil-kariga ta’ mħallef fuq il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan wara li din is-sena se jispiċċa t-terminu tal-Imħallef Anthony Borg Barthet. L-Imħallef Borg Barthet kien ilu jservi f’din il-kariga sa mill-2004 wara li kien appuntat f’din il-kariga diversi drabi.

Wara n-nomina tal-Imħallef Prof. Peter G. Xuereb, jibda proċess minn entitajiet konċernati skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea u jekk din in-nomina tkun approvata, il-kariga tal-Imħallef Xuereb tidħol fis-seħħ minn Ottubru 2018 għal perjodu ta’ sitt snin.

F’din l-eventwalità jibda mbagħad proċess ieħor f’Malta biex tintgħażel persuna li tiġi nominata mill-Gvern biex tokkupa l-kariga li għandu l-Imħallef Xuereb illum.

Il-Professur Xuereb bħalissa jservi bħala mħallef fuq il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fejn kien approvat f’din il-kariga fl-2016.

Il-Gvern jemmen li bl-istess mod li l-Professur Xuereb wera l-ħiliet tiegħu fil-kariga ta’ mħallef fuq il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, se juri l-kapaċitajiet tiegħu fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-Imħallef Xuereb serva bħala Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Ewropea u Komparattiva fil-Fakultà tal-Liġi u ggradwa bħala avukat fl-1977. Serva wkoll bħala konsulent f’diversi fergħat tal-liġi nazzjonali u Ewropea.

Il-Gvern jirringrazzja lill-Imħallef Anthony Borg Barthet għas-servizz tiegħu fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.


  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo