top of page

150% aktar milli kien nefaq Gvern Nazzjonalista għall-arti u l-kultura

Kitba meħuda mill-Orizzont(Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2022) paġna numru 1.



In-nefqa rikorrenti biss għas-sena d-dieħla minn Gvern Laburista għall-arti u l-kultura huwa d-doppju ta’ dak kollu, rikorrenti u kapitali flimkien, li Gvern 1azzjonalista kien iddedika għall-arti u kultura fl-aħħar budget tiegħu tal-2012.

In-nefqa rikorrenti ma’ dik kapitali għall-arti u l-kultura għas-sena d-dieħla se tizdied b’ €21 miljun għal ammont totali ta’ kważi €85 miljun li tfisser żieda ta’ 150% fuq l-ammont allokat għall-arti u l-kultura fl-aħħar budget ta’ Gvern Nazzjonalista.

Dan qalu l-Ministru għall-Wirt 1azzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali nhar l-Erbgħa li għadda fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għall-kritika tal-Oppożizzjoni dwar il-vot allokat fil-budget 2023 għal dan il-qasam. Il-Ministru Bonnici qal li l-budget 2023 qed jiddedika aktar minn €60 miljun, f’voti rikorrenti fis-settur kulturali f’ċirkostanzi ekonomiċi li huma bla preċedent fl-aħħar 40 sena ta’ tmexxija awtonoma ta’ dan il-pajjiż.

Il-Gvern jemmen bis-sħiħ li l-kultura u l-arti huma parti integrali mis-soċjetà Maltija


Huwa enfasizza kemm il-Gvern preżenti jemmen li s-setturi tal-arti u l-kultura huma parti integrali min-nisġa tas-soċjetà Maltija, hekk kif issa qed nerġgħu nibnu u nsostnu lil dawn is-setturi vitali. ‘‘Irridu nkomplu ninvestu fihom, għaliex dawn jagħtu kontribut siewi lill-ħajja u l-għajxien ta’ kuljum tan-nies, madwar Malta u Għawdex, u nemmnu li dawn jikkontribwixxu bil-bosta għall-qawmien mill-ġdid ta’ ekonomija vibranti u sostenibbli’’.


Il-Baġit 2023 ġie msejjeż fuq l-impenn kontinwu lejn l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista, filwaqt li bi programmi ulterjuri jkunu jista’ jiġi appoġġjat it-tkabbir mill-ġdid u l-iżvilupp sostennibli tal-industrija u s-settur. Is-settur kulturali u kreattiv dejjem kien settur li baqa’ jimraħ, jissaħħaħ u jikber, sostna Owen Bonnici.

Il-Ministru wkoll għal dak li sar waqt l-imxija tal-Covid-19, u qal li apparti l-miżuri li ġew introdotti fl-eqqel tal-imxija, iddaħħlu wkoll miżuri li kienu ta’ għajnuna kbira lis-settur hekk kif pajjiżna beda ħiereġ minnha wkoll. Dan sar għaliex il-Gvern emmen li s-settur huwa ħaj, u li xogħol il-gvern hu li jisma l-bżonnijiet tas-settur u jaħdem fuqhom.

‘‘Issa li l-pandemija qegħda warajna, rajna fir-Rebbiegħa u fis-Sajf li għadda settur li telaq jiġri, mimli enerġija u entużjażmu b’udjenzi jipparteċipaw bi ħġarhom. Dan u aktar, wassal biex inkomplu nibnu u naħdmu għas-sena d-dieħla, li hemm bosta miżuri ppjanati għaliha’’ temm jgħid il-Ministru Owen Bonnici.



10 views

Recent Posts

See All
bottom of page