Żjara fit-Tempji Zeolitiċi tal-Ġgantija
- Owen Bonnici Team
- Apr 21, 2019
- 1 min read

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici żar it-Tempji Neolitiċi tal-Ġgantija waqt avveniment organizzat minn Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-PBS, li waqtu, ir-Rappreżentant ta’ Malta għall-Eurovision 2019 Michela Pace kienet qed tittimbra l-Passaporti tal-Istudenti ta’ Heritage Malta. Waqt l-avveniment, numru ta’ tfal u membri familjari tagħhom kellhom l-opportunità li jżuru t-Tempji tal-Ġgantija, sit ta’ wirt dinji tal-UNESCO, bla ħlas, grazzi għal din l-iskema.

Comments